Lokali

“Robert Abela jkompli jimmanipola s-sistema demokratika ta’ pajjiżna” – PN

Robert Abela jinteressah biss mll-interessi partiġġjani tiegħu u tal-Partit Laburista. Illum Robert Abela reġa’ kkonferma li hu jinteressah biss mill-interessi partiġġjani tiegħu u tal-Partit Laburista meta waqqa’ għaż-żufjett l-ogħla istituzzjoni ta’ pajjiżna u deputat parlamentari tiegħu rriżenja ftit sekondi wara li ħa l-ġurament tal-ħatra.

Kien dan li ħareġ minn stqarrija maħruġa mill-Partit Nazzjonalista fejn tkompli tgħid li ħadd ma jemmen li Robert Abela u Gavin Gulia ma kellhomx kollox ippjanat minn qabel ma wettqu x-xeneġġjata li wettqu llum bl-ikbar disprezz lejn ir-rieda u l-għażla tal-votanti.

L-istqarrija tkompli li għal darb’oħra Robert Abela qed jimmanipula s-sistema demokratika biex idaħħal fil-Parlament lil min irid hu u mhux lil min eleġġa l-poplu.  Robert Abela ma jiddejjaq minn ħadd u minn xejn biex iwettaq il-pjan tiegħu