Futbol Sport

Tottenham miżmuma fi draw minn Fulham

(Ritratt: EPA)

Tottenham naqsu milli jżommu l-pass mat-timijiet li jinsabu fin-naħa ta’ fuq tal-klassifika hekk kif temmew fi draw ta’ 1-1 kontra Fulham. Tottenham fetħu l-iskor fil-25 minuta meta minn cross tajjeb ta’ Reguilon kien HARRY KANE li bir-ras tefa’ lil Tottenham fil-vantaġġ. IVAN CAVALEIRO ġab id-draw għal Fulham fl-74 minuta b’daqqa ta’ ras fuq cross ta’ Ademola Lookman.

Manchester City kisbu rebħa minima ta’ 1-0 fuq Brighton biex b’hekk jinsabu erba’ punti taħt it-tim li jinsab fl-ewwel post Manchester United, b’city jkollhom partita naqas. Il-gowl deċiżiv wasal minuta qabel tmiem l-ewwel taqsima b’konklużjoni tajba miż-żgħażugħ PHIL FODEN fuq pass tajjeb ta’ De Bruyne. Lejn it-tmiem, City kellhom ċans li jirdoppja iżda Raheem Sterling ra l-penalty tiegħu jgħaddi barra.

PREMIER LEAGUE
Illum:
Man City v Brighton 1-0, Tottenham v Fulham 1-1 Għada: Arsenal v C. Palace 9.00pm