Lokali Temp

Wara s-sħana ta’ ftit ilu.. lestu l-ġkieket u l-kowtijiet

Lestu l-ġkieket u l-kowtijiet, għax tmiem il-ġimgħa se jkun kiesaħ.

Wara t-temperaturi għoljin li kelna fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, it-weekend li ġej mistenni jkun aktar frisk, b’temperaturi li jafu jinżlu sa 7 gradi celsius.

Din il-kesħa hija riżultat ta’ arja instabbli fuq il-gżejjer Maltin minn fuq il-baħar Adriatiku flimkien ma’ sistema ta’ pressjoni baxxa fuq l-Iskandinavja li qed twassal għal temp instabbli f’pajjiżna.

L-arja kiesħa li mistennija fil-jiem li ġejjin tikkuntrasta bil-kbir mas-sħana li kelna fi tmiem il-ġimgħa li għadda meta s-Sibt ġiet irreġistrata temperatura rekord ta’ 25.8 gradi celcius.

Din kienet l-ogħla temperatura rreġistrata f’Jannar sa mid-29 ta’ Jannar tal-1939, meta ġiet irreġistrata temperatura ta 22.8 gradi celslius. Il-medja tat-tempratura massima fl-aħħar tletin sena f’pajjiżna kienet ta’ 15.6 gradi – ferm aktar baxxa mit-temperatura li kelna s-Sibt li għadda.

Sadanittant ħafna kienu dawk li ġibdu ritratti spettakolari ta’ nżul ix-xemx is-Sibt filghaxija, fejn is-sema splodiet f’ilwien ħamrana,  riżultat ukoll tas-sħab f’livell medju li serva biex jirrifletti r-raġġi tax-xemx niezla.