Lokali

Zammit Lewis jibqa’ jaħrab milli jwieġeb

“M’għandix riċevuti ta’ sitt snin ilu.”

Din kienet l-iskuża li ġab il-Ministru Edward Zammit Lewis lura fl-1 ta’ Diċembru meta mistoqsi minn NET News min ħallas għas-soġġorn fil-lukanda Hilton fi Franza, fl-2014 – zjara li kien ghamel flimkien mal-eks PM Joseph Muscat.

Zammit Lewis u  Muscat għamlu numru ta’ jiem f’din il-lukanda fi Franza… lukanda li tifforma parti mill-istess negozju li fih kien imdaħħal Yorgen Fenech lura f’Awwissu tal-2014. Iżda filwaqt li Muscat u Zammit Lewis qalu mill-ewwel li l-vjaġġi tħallsu minn buthom, għadu mhux ċar min ħallas għal-lukanda.

Dan meta, aktar minn xahar wara, il-Ministru tal-Ġustizzja baqa’ ma ppublika ebda forma ta’ prova ta’ min verament ħallas għas-soġġorn.

Issa, mistoqsi dwar dan, Zammit Lewis rreferina lura għar-risposta li kien ta lill-media f’Diċembru li għadda.

Dan meta fil-ġurnata li rrefina għaliha, hu kien baqa’ ma kkonfermax minn ħallas għal ġranet li hu u Joseph Muscat qattgħu fil-lukanda li magħha kellu konnesjoni Yorgen Fenech.

Bil-Ministru, fl-ebda ħin ma caħad li ħallaslu Yorgen Fenech… xi ħaġa li għadu jagħmel sal-ġurnata tal-lum.