Knisja Kultura Lokali

20 ta’ Jannar – il-Festa Liturġika ta’ San Bastjan f’Ħal Qormi

Il-programm tal-festa għal din is-sena

Is-Sibt 16 ta’ Jannar

Mixegħla tat-toroq tal-parroċċa fl-okkażjoni tal-festa liturġika ta’ San Sebastjan mill-Għaqda Armar San Sebastjan.

Delivery Night attività mtellgħa mis-Soċjetà Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan.

Il-Ħadd 17 ta’ Jannar

11:00am – Quddiesa, fil-Knisja kolleġġjata ta’ San Lawrenz tal-Belt Vittoriosa u wara ikla tal-festa ġewwa l-Birgu fl-okkażjoni tal-festaliturġika, attività mtellgħa mill-Kummissjoni Żgħażagħ Bastjaniżi.

Il Tlieta 19 ta’ Jannar  –  Jum il-Konsagrazzjoni tal-Knisja Arċipretali ta’ San Sebastjan M.

               6:00pm – Translazzjoni Solenni tar-Relikwa ta’ San Sebastjan M. fil-Knisja Arċipretali ta’ San

Sebastjan. Wara Quddiesa Kantata fl-okkażjoni tal-35 anniversarju mill-Konsagrazzjoni tal-Knisja Arċipretali fija ssir il-vestizzjoni ta’ abbatini ġodda. Imexxi Dun Nicholas Dimech Viċi-Arċipriet. Wara l-quddiesa jiġi mbierek il-medaljun maħdum fil-fidda tal-Fratelanza tar-Rużarju.  

8.00pm – Tiġdid tal-wegħda ta’ missirijietna Qriema, mixja mir-rappreżentanti tal-għaqdiet tal-Parroċċa minn ħdejn il-Knisja Arċipretali sa fejn l-istatwa ta’ San Sebastjan tal-pjazza u jqegħdu bukkett fjuri u xemgħat.

8.30pm – Ikla ġewwa l-Kumpless tal-Qormi Hockey Club għall-kumitati u l-helpers tal-Għaqdiet li

jorganizzaw l-festa, fejn jintwerew filmati tal-1981 li jfakkru l-miġja ta’ l-istatwa ta’ San Sebastjan f’Beltna (li jkun armat fejn lGagu) xogħol l-artist Michael Camilleri Cauchi.

L-Erbgħa 20 ta’ Jannar  –  Solennità ta’ San Sebastjan Martri

6.30am, 7.30am, 8.30am u 9.30am – Quddiesa fil-Knisja Arċipretali.

8.00am – Ħruq pirotekniku mill-Għaqda tan-Nar San Sebastjan.

10:00am – 12:00pm – Programm ta’ marċi brijużi virtwali fuq il-paġna tal-facebook tas-Soċjetà Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan.

12.00pm – Ħruq pirotekniku mill-Għaqda tan-Nar San Sebastjan

6.00pm – Konċelebrazzjoni Solenni fil-Knisja Arċipretali mmexxija minn Mons. Frans Abdilla li tintemm bil-kant tal-Antifona, Ċelebrazzjoni Ewkaristika u Innu Popolari.

8.00pm – Program pirotekniku ta’ sferi, blalen, beraq kulurit, bukketti u murtali tal-kulur, mill Għaqda tan-Nar San Sebastjan.

Is-Sibt 23 ta’ Jannar

               Delivery Night  attività mtellgħa mill-Għaqda Armar San Sebastjan

Il-Quddiesa ta’ lejlet u nhar il-festa ser jixxandru live fuq il-paġna tal-facebook tal-parroċċa u fuq l-istazzjon televiżiv XEJK.

L-orkestra tal-Kor Bel Canto ser ikun taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Hermann Farrugia Franz.

Fl-attivijiet kollha qed jittiehdu l-miżuri kollha meħtieġa hekk kif mitluba mill-awtorijtajiet tas-saħħa marbuta mal-pandemija tal-Covid-19.

Minħaba x-xogħolijiet strutturali li għadej fil-Palazz Narbona u peress ukol li l-Każin jinsab mgħaluq ix-xandir fuq ir-Radju BastjaniżiFM jinsab temporanjament wieqaf.