Fl-Emirates Stadium Crystal Palace żammew fi draw lil Arsenal, f’partita li ntemmet 0-0. F’partita nieqsa minn azzjonijiet perikolużi, kien Crystal Palace li kellhom l-aħjar opportunitajiet ta’ skor, b’ċansijiet għal Christian Benteke u Wilfred Zaha. B’dan id-draw, Arsenal telgħu fil-ħdax -il post tal-klassifika b’24 punt filwaqt li Crystal Palace telgħu fit-tlettax -il post bi 23 punt.
//= $special ?>