Bayern Munich kienu eliminati mid-DFB Pokal meta tilfu permezz tal-penalties 8-7 kontra t-tim mit-tieni diviżjoni ta’ Holstein Kiel.
Wara li l-partita ntemmet fi draw ta’ 2-2 sad-90 minuta, b’Serge Gnabry u Leroy Sane jiskorjaw għal Bayern, il-partita marret għall-għoti tal-penalties, b’Marc Roca jfalli dak li kellu jkun il-penalty deċiżiv, biex it-tim ta’ Holstein Kiel kwalifika għall-fażi li jmiss fost iċ-ċelebrazzjonijiet tal-players u l-kowċis.
//= $special ?>