Coronavirus Formula 1 Sport Sport Ieħor

Charles Leclerc u Andy Murray pożittiv għall-coronavirus

Hekk kif fl-aħħar jiem madwar l-Ewropa komplew jiżdiedu l-każijiet pożittivi ta’ coronavirus, dan qed ikun osservat ukoll fl-isport. Fl-aħħar sigħat ħarġet l-aħbar li s-sewwieq tal-Formula 1 mat-tim ta’ Ferrari Charles Leclerc irriżulta pożittiv għall-coronavirus bis-sewwieq Franċiż jgħid li għandu sintomi ħfief u jinsab f’iżolament f’Monaco. Aktar kmieni dan ix-xahar is-sewwieq ta’ Mc Laren Lando Norris ukoll irriżulta pożittiv għall-coronavirus wara btala f’Dubai.

It-tennista Brittaniku Andy Murray ukoll irriżulta pożittiv għall-coronavirus. Din l-aħbar tpoġġi f’dubju l-parteċipazzjoni ta’ Murray fl-Open tal-Awstralja li se jibda fi 8 ta’ Frar, b’Murray kien se jħalli r-Renju Unit aktar kmieni llum biex ikun jista’ jilħaq jibda jitħarreġ fl-Awstralja. It-tennisti kollha qabel ma’ jaslu fl-Awstralja jridu jirriżulta negattiv għall-coronavirus u malli jaslu jitpoġġew fi kwarantina ta’ 14-il jum.