Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: 121 każ ġdid – ifiqu 127

Fl-aħħar 24 ġew irreġistrati 121 każ ġdid ta’ Covid-19 f’pajjiżna.

Dan hekk kif mill-bidu tas-sena ġew irreġistrati 2,305 każi ġodda tal-pandemija.

Dan kollu tħabbar fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Ministeru għas-Saħħa, sabiex b’hekk il-każi totali minn Marzu ‘l hawn żiedu għal 15,079.

Dan filwaqt li 127 persuna fiequ mill-virus bl-ammont totali ta’ persuni mfejqa jiżdied għal 12,250.

Ġie mħabbar ukoll li fl-aħħar 24 siegħa tilfet ħajjitha persuna oħra kawża tal-Covid-19. B’hekk il-vittmi totali jammontaw għal 235, b’16-il fatalità fl-aħħar 14-il jum.

Dan kollu jfisser li l-persuni attivi bil-virus jammontaw għal 2,597.

Mill-189 każ imħabbar tul il-jum tal-Erbgħa; 42 persuna kienu infettati minn qraba li ttestjaw pożittiv preċedentament, 11 minn fuq il-post tax-xogħol, 9 każi minn kuntatt dirett ma’ persuni pożittivi filwaqt li 12-il każ minn attivitajiet soċjali.

Dan ifisser li 115-il persuna ma jafux minn fejn jew mingħand min ġew infettati bil-virus.