Konferma oħra tal-arroganza tal-Prim Ministru Robert Abela fil-mod kif irid jimmanipula l-Parlament Malti ħalli jkollu madwaru lil dawk li jrid hu biss. Din il-konferma waslet mill-membri tal-Kabinett stess, li ma’ NET News stqarrew kif la l-Kabinett u lanqas il-Grupp Parlamentari Laburista ma kien jaf bil-logħba chess li ppjana Abela bl-użu ta’ Gavin Gulia.
Kif ikkonfermalna s-Segretarju Parlamentari Deo Debattista li, kkonferma li hu kien jaf b’dawn il-manuvri daqskemm kien jaf Gulia nnifsu. Dan wara li spjegajnilu kif, milli jidher, lanqas Gulia ma kien jaf, ladarba rriżenja minn Chairman tal-MTA umbagħad fil-Parlament qal li mhux se jibqa’ Deputat għax ħa jibqa’ Chairman tal-MTA.
Anke l-Ministru Jose Herrera ammetta li ma kien jaf xejn dwar dawn il-manuvri, tant li qal li sar jaf b’kollox meta Gavin Gulia nnifsu ħabbar fil-Parlament li kien se jirriżenja. U filwaqt li wera kif għall-Partit Laburista, id-demokrazija hi logħba, jidher li hu kien mingħalih li Gavin Gulia rriżenja minn rajh.
Bl-istess mod wiegeb il-Ministru Carmelo Abela, li wera li ma kellux idea ta’ kif il-Prim Ministru ħadem din il-manuvra. Umbagħad, hu ħarab milli jwieġeb iva jew le dwar jekk kienx jaf b’dan kollu billi qal li ma jaqbilx li dak li għamel il-Prim Ministru jissejħu “manuvri”.
Ironikament, Carmelo Abela u Deo Debattista kienu fost diversi membri tal-Kabinett li t-Tlieta waranofsinhar awguraw lil Gavin Gulia talli kien elett mill-ġdid fil-Parlament Malti, f’sinjal ieħor li dawn kollha wkoll ma kellhomx idea ta’ dak li kellu f’moħħu Robert Abela.
//= $special ?>