Lokali

Herrera wieħed mill-Ministri li ma kienx jaf bil-manuvra ta’ Robert Abela

Il-Ministru Josè Herrera huwa wieħed mill-Ministri li ma kellhomx idea bil-manuvra tal-Prim Ministru Robert Abela bil-mossa li għamel sabiex konsegwentament waqqa’ għaż-żufjett il-Parlament Malti.

F’intervista ma’ Net News Herrera sostna li l-aħbar li Gavin Gulia kien ser jirreżenja minn Membru Parlamentari sar jaf biha wara l-istqarrija li saret ftit wara li l-istess Gulia ħabbar ir-reżenja tiegħu.

Dan juri li din il-mossa ta’ Robert Abela, ikkonfermata mill-istess Gulia waqt li ħabbar ir-riżenja, saret unanimament minn id il-Prim Ministru.

Dan kollu wara li wara li kkontesta u ġie elett permezz ta’ by-election sabiex ħa s-siġġu vakant ta’ Edward Scicluna, Gavin Gulia rreżenja ftit mumenti wara li ħa l-ġurament tal-ħatra fejn spjega li kien l-istess Abela li avviċinah biex jibqa’ Chairman tal-MTA – minkejja li kien diġà rreżenja minn din il-pożizzjoni wkoll.