Lokali

Jitwaqqaf fi Sqallija; kien se jittrasporta klieb lejn Malta llegalment

Aħbar li dehret fuq is-sit Taljan, Fatti e Avvenimenti, uffiċjali taż-żamma tal-ordni tat-toroq Sqallin immultaw persuna €2,500 talli kien qed iġorr madwar 12-il kelb f’vann mingħajr dokumenti.

Jidher li dawn il-klieb kienu fi triqthom lejn Malta u l-persuna mmultata twaqqfet mill-PolStrada, il-Pulizija tat-toroq, fuq l-SS115 f’Agrigento.

Minbarra n-nuqqas ta’ dokumenti, il-Pulizija sabu wkoll għadd ta’ kontravenzjonijiet oħra.

Mhux magħruf x’se jsir mill-klieb li kienu destinati li jaslu pajjiżna f’dawn il-jiem.