Wara li nqabad jimmanuvra biex issir co-option għas-siġġu tas-7 Distrett, il-Prim Ministru Robert Abela issa spiċċa jattakka b’mod partiġġjan lil dawk kollha li qed jikkritikawh.
Hekk għamel il-Ħamis filgħodu meta Net News kien qed jistennih barra Kastilja biex jagħmillu serje ta’ domandi, bil-Prim Ministru ma jiċħadx li l-mossa ta’ Gavin Gulia żammha moħbija minn sħabu stess tal-Kabinett.
Filfatt Abela baqa’ tiela’ t-taraġ ta’ Kastilja u ma weġibx dar dan.
Nuqqas ta’ tweġiba li tkompli żżid id-dubji dwar il-fatt li effettivament, il-manuvri saru minn wara dahar il-Ministri u d-deputati l-oħrajn.
Diversi kienu d-Deputati tal-Gvern li lbieraħ ferħu lil Gulia talli reġa’ sab ruħu fil-Parlament.
Anke d-Deputat Prim Ministru Chris Fearne, feraħ lil Gulia għall-ħatra tiegħu fil-Parlament, xhieda li ma kellux idea x’kien qed jaħmi minn warajh il-Prim Ministru Robert Abela.
Fid-dawl tal-ġurament tal-ħatra u r-riżenja għall-għarrieda ta’ Gavin Gulia minn Membru Parlamentari, l-Oppożizzjoni issa qed tistenna li l-Ministru tat-Turiżmu ma jaħtarx mill-ġdid lil Gavin Gulia bħala chairman tal-MTA minn wara dahar il-Parlament u bi ksur tal-liġi. Aktar u aktar wara li kien hemm il-konferma mill-Ministeru tat-Turizmu li Gulia, fil-fatt, verament irriżenja mit-tmexxija tal-MTA – taħwida sħiħa, li fiha bla dubju hemm imdaħħal direttament il-Prim Ministru Robert Abela, kif ikkonferma Gavin Gulia innifsu.
Iżda Gavin Gulia kien irriżenja minn chairman tal-MTA qabel ma ħa l-ġurament tal-ħatra bħala Membru Parlamentari kif imħabbar permezz ta’ stqarrija ppubblikata mill-Ministeru għat-Turiżmu l-Erbgha stess.
Il-PN fakkar lill-Ministru tat-Turiżmu li jekk beħsiebu jerġa’ jinnomina lil Gavin Gulia bħala chairman tal-Awtoritá tat-Turiżmu, hu obbligat bil-liġi li jissottometti n-nomina tiegħu għall-iskrutinju tal-Kumitat Permanenti dwar il-Ħatriet Pubbliċi.
//= $special ?>