Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: Fatalità oħra u 193 każ ġdid pożittiv

Il-każi attivi jkomplu jiżdiedu

Għal ġurnata oħra pajjiżna reġa’ rreġistra ammont konsiderevoli ta’ każi ġodda pożittivi għall-COVID. Il-193 każ ġdid li tħabbru jtellgħu l-każi attivi għal 2,643. Tħabbar ukoll li sfortunatmanet persuna ta’ 89 sena tilfet ħajjitha kawża ta’ dan il-virus, bit-total ta’ fatalitajiet issa jitla’ għal 236.

Fuq nota pożittiva, fiequ 143 pesuna oħra minn dan il-virus, biex b’hekk it-total ta’ dawk li fiequ issa jammonta għal 12,393.

Is-Supritendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmine Gauci qalet li sal-lum f’pajjiżna tlaqqmu 9,496 persuna, li jammontaw għal 1.85% tal-popolazzjoni Maltija.

Charmaine Gauci tat rendikont tas-sitwazzjoni preżenti fl-Isptarijiet. Bħalissa fit-Taqsima tal-Kura Intensiva hemm 16-il persuna, fl-IDU hemm 7 persuni, fis-swali oħra f’Mater Dei hemm 35, Boffa 9, St Thomas Hospital 10, Karin Grech hemm persuna waħda, Good Samaritan hemm 62 pazjent, Mount Carmel 3, u fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex hemm rikoverati 8 persuni.