Ir-restrizzjonijiet tal-lockdown ġdid fil-Portugall daħlu fis-seħħ fost l-għeluq ta’ numru kbir ta’ entitajiet kummerċjali u bin-nies qed ikunu kostretti li jibqgħu d-dar. Dan meta l-awtoritajiet f’Lisbona qed isegwu b’allarm il-firxa tal-infezzjonijiet bil-coronavirus u, issa, numru kbir ħafna ta’ ċittadini jridu bilfors jaħdmu mid-dar taħt sistema ta’ ‘teleworking’.
Filwaqt li l-ħwienet u s-servizzi li mhumiex essenzjali qed jinżammu magħluqa għal żmien indeterminat, jistgħu jiftħu l-ispiżjara u l-ħwienet tal-ikel — bil-Gvern Portugiż jippermetti biex l-iskejjel jibqgħu għaddejjin bħas-soltu,
Il-Portugall, din il-ġimgħa, ħabbar ammont rekord ta’ imwiet (156) għal ġurnata waħda mill-coronavirus u l-Gvern f’Lisbona, issa, ikkonferma li qed jirdoppja l-multi għall-persuni li jinqabdu qed jabbużaw mil-lockdown.
//= $special ?>