Futbol Sport

Ħamrun Spartans jikkonsolidaw posthom f’ras il-klassifika

(Ritratt: James Galea - MFA)

Matthias Mizzi

SIRENS.…………………………….0

ĦAMRUN SPARTANS……..1

Sirens: D. Cassar, R. Grech, W. De Oliveira, R. Dos Anjos (87’ T. Agius), T. Jammeh, W. Domoraud, J. Walker, A. Borg, S. Tounkara, E. Callegari, T. Espindola.

Ħamrun Spartans: E. Bartolo, D. Gojkovic, M. Guillaumier, J. Mbong, J. Soares, F. Sasere, I. Abdullahi (A. Cittadini), J. Corbalan, P. Dordevic, K. Micallef (56’ Lagzir Soufiane), E. Marcellina.

Imwissija: SIR: 80’ R. Grech ĦMR: 83’ P. Dordevic

Skorjaw:  79’ P. Dordevic (ĦMR)

Referee: Slobodan Petrovic

Assistenti Referees:  Edward Spiteri & Mark Ciantar

Raba’ Uffiċjal:  Glenn Tonna

BOV Plejer tal-Logħba: Emerson Marcelina (Ħamrun Spartans)

Biż-żewġ timijiet attivi fis-suq tat-trasferimenti, l-aspettattivi għall-kumplament tal-istaġun żdiedu. Qabel dan il-konfront kemm Ħamrun kif ukoll Sirens kienu ġejjin minn rebħa. Ta’ min jirrimarka wkoll li din kienet il-100 logħba tal-plejer Luke Grech.

F’lejla kkaratterizzata minn riħ qawwi l-ewwel taqsima kienet waħda kalma u mingħajr gowls, madankollu kontra l-mistennija Sirens kienu aktar perikolużi.

Il-bidu tat-tieni taqsima kien ikkarettizzata mill-istess ritmu ta’ logħob.  Bir-riħ jagħfas din id-darba favur Ħamrun, fit-72 minuta l-goalkeeper ta’ Sirens, David Cassar laqa’ save spettakolari minn xutt bis-saħħa ta’ Emerson Marcelina. Proprju fid-79 minuta Ħamrun Spartans fetħu l-iskor minn corner permezz ta’ daqqa ta’ ras preċiża minn Predrag Dordevic.

Fil-komplament tal-partita, Ħamrun komplew jagħfsu lil Sirens biex temmew din il-partita b’rebħa oħra.