Coronavirus Lokali

Il-Maritime Forum jgħid li l-frontliners fil-portijiet għandhom jingħataw prijorità għat-tilqima

Il-Malta Maritime Forum qed jagħmel pressjoni sabiex il-ħaddiema tal-portijiet jingħataw it-tilqima għal kontra l-Coronavirus. Dawn il-ħaddiema jinkludu dawk li jaħdmu fuq l-irmonk tal-bastimenti, impjegati fit-terminals, membri tal-ekwipaġġ, dawk tal-ferries u ħafna oħrajn.

Fi stqarrija, il-Forum qal li dawn il-ħaddiema huma frontliners kontinwament f’riskju, minħabba li jiġu f’kuntatt dirett ma’ sħabhom il-barranin li jkunu fuq il-vapuri li jidħlu Malta.

“Ma jistax ikun li nerġgħu nieħdu lil dawn il-ħaddiema for granted”, qal il-Maritime Forum fl-istqarrija tiegħu.

Il-Forum fakkar li għall-ekonomija tagħna huwa kruċjali li dan is-settur jibqa’ jopera mingħajr interruzzjoni, għaliex fuqu tiddependi parti kbira tal-ekonomija.