Lokali

“Il-missjoni tal-PN m’għadhiex waħda impossibbli”

Stħarriġ immexxi minn MaltaToday wera li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qed igawdi l-ogħla livell ta’ fiduċja minn mindu ġie elett f’din il-kariga. Dan b’kuntrast qawwi ma’ Robert Abela fejn it-trust rating tiegħu jinsab fl-aktar livell baxx minn mindu sar Prim Ministru, fejn id-distakk bejniethom naqas b’mod konsiderevoli.

L-istess stħarriġ wera li Bernard Grech qed igawdi ammont konsiderevoli ta’ fiduċja fost l-elettorat li kien ivvota lill-Parit Laburista fl-2017, filwaqt li l-fiduċja li Robert Abela jgawdi fost il-votanti Nazzjonalisti hija ħafna aktar baxxa.

L-Editorjal tat-Times of Malta jgħid li dan kollu huwa riżultat ta’ immaturità politika u n-nuqqas ta’ azzjoni suffiċjenti fir-rigward tal-governanza serja u n-nuqqasijiet tal-istat tad-dritt min-naħa tal-Prim Ministru. Apparti dan, il-kummenti ta’ Robert Abela dwar il-pandemija ma għenu tant li xi qed jitqiesu bħala dismissivi u nieqsa fl-empatija.

L-editorjal jaċċenna l-fatt li għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista… “in-nies ma jridux perfezzjoni, iridu ġenwinità”. Huwa jaqbel, pereżempju, li l-mina tagħmel l-aċċess għal Għawdex aktar faċli iżda jgħid li “l-affarijiet se jinbidlu” jekk il-proġett jitwettaq. L-istand tiegħu dwar il-bejgħ tal-passaporti huwa li jista’ jkun mod tajjeb biex jinħoloq investiment sakemm jintlaħaq il-bilanċ it-tajjeb. Filwaqt li jiddikjara li huwa kontra l-abort, Grech iżid li jekk jissejjaħ referendum, bħala partit, li l-qofol tiegħu hija li l-ħajja tal-bniedem għandha tkun protetta mill-konċepiment sal-mewt, jipparteċipa fih.

L-Editorjal ikompli jgħid li għal Bernard Grech huwa d-dmir tagħha li nsalvaw fil-baħar, Huwa jisħaq li l-korruzzjoni f’pajjiżna ma bditx fl-2013… iżda fl-2013 tlifna l-kontroll tagħha.

“Għad fadal ħafna xi jsir biex tinbidel il-paġna fl-elezzjoni ġenerali li jmiss iżda l-missjoni ta’ Bernard Grech m’għadhiex waħda impossibbli.”