Lokali Parlament

Illum il-Grupp Parlamentari Laburista se jiddiskuti l-co-option ta’ Oliver Scicluna

Ftit tal-ħin ilu waslet il-konferma li huwa Oliver Scicluna l-magħżul tal-Prim Ministru Robert Abela biex jidħol fil-Parlament wara l-aħħar manuvri li saru biex is-siġġu ta’ Edward Scicluna jimtela minn persuna li jagħżel Abela u mhux li jagħżel l-elettorat fl-Elezzjoni Ġenerali.

Dan ikkonfermah il-Prim Ministru f’kummenti li għamel lill-media ftit tal-ħin ilu.

Din il-co-option se tasal wara li Robert Abela minn wara dahar kulħadd talab lil Gavin Gulia biex jirriżenja appena ħa l-ġurament bħala Membru Parlamentari. Dan ftit wara li dan tal-aħħar ġie elett permezz ta’ elezzjoni każwali wara r-riżenja tal-eks Ministru tal-Finanzi.