Lokali Qorti

Mixli li hedded li l-eks tfajla tiegħu li għamlilha bomba fil-karozza

Żagħżugħ minn Bormla ġie mixli li hedded lill-eks tfajla tiegħu li għamlilha bomba fil-karozza tagħha. Din it-theddia wasslet biex fuq il-post marru uffiċjali tal-Forzi Armati ta’ Malta, tal-bomb disposal unit biex jagħmlu l-verifiki.

Wara tfittxija li rriżultat fin-negattiv Omar Djelassi tressaq il-Qorti quddiem il-Maġistrat Yana Micallef Strafrace li ċaħditlu t-talba għal libertà proviżorja wara li kien mixli wkoll li ta fastidju , u li kkaġuna biża kemm fuq it-tfajla u anke fuq ommha.

Ġie mixli wkoll li nhar l-Erbgħa huwa aġixxa b’mod li setgħet tintuża’ vjolenza kontra l-allegati vitti u l-propjeta tagħhom u li uża apparat elettroniku waqt it-theddid.

L-Ispetturi Darren Buhagiar u Clayton Camilleri akkużaw lil Omar Djelassi li dejjaq u beżża’ permezz ta’ messaġġi u telefonati fejn ingħat li t-theddidiet kienu inkwetanti u ħorox.

Camilleri akkuża wkoll lil Djelassi li kiser il-kundizzjonijiet preċedenti tal-pleġġ. “Il-vittmi ma jistgħux jorqdu bil-biża’. u t-theddid ta’ karozza bomba,” qal l-Ispettur Buhagiar.

Il-Qorti semgħet kif il-Pulizija kellha titlob l-għajnuna tal-Forzi Armati ta’ Malta biex tinvestiga t-theddida tal-karozza bomba. “It-triq kellha tingħalaq,” spjega l-Ispettur Buhagiar. D

Djelassi wieġeb mhux ħati. L-avukati tiegħu, Franco Debono, Amadeus Cachia u Francesca Zarb, talbu l-libertà proviżorja, L-Avukat Zarb qalet lill-Qorti li r-raġel “lanqas biss għandu telefon.”

L-Avukat Debono issuġġerixxa s-superviżjoni tal-akkużat waqt li jkun bil-libertà proviżorja, u qal lill-Qorti li Djelassi kien għamel appuntament mal-Caritas.

Il-Qorti iżda meta osservat li r-raġel kien diġà ngħata l-libertà proviżorja fuq akkużi simili, ddubitat mill-affidabbiltà tiegħu, u rrifjutat it-talba għall-ħelsien mill-arrest. L-Avukat Mark Vassallo deher parte civile għall-allegati vittmi