Lokali Parlament

Oliver Scicluna se jiġi co-opted Deputat Parlamentari

Parliamentary Secretary for Persons with Disability and Active Ageing Anthony Agius Decelis addresses the CPRD National Conference Corinthia Hotel, St George's Bay, St Julians

Oliver Scicluna huwa l-persuna li se jieħu l-post battal minn Edward Scicluna u sussegwentament minn Gavin Gulia fil-Parlament bħala Membru Parlamentari tal-Partit Laburista.

Kien il-Prim Ministru nnifsu li ressaq isem Oliver Scicluna quddiem il-Grupp Parlamentari tal-Partit Laburista, fejn ġiet diskussa l-co-option ta’ Membru Parlamentari fuq in-naħa tal-Gvern.

Robert Abela laqqa’ wkoll lill-Eżekuttiv tal-Partit Laburista biex tiġi diskussa l-co-option ta’ Oliver Scicluna.

Preżentament, Oliver Scicluna huwa l-Kummissarju tal-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità, liema kariga ilu jokkupa sa minn Ġunju tal-2016.