Lokali Qorti

Robert Abela jikkonferma li baqa’ preżenti fil-laqgħa dwar il-Proklama tal-Koħħu

Meta kien qed jindirizza lill-ġurnalisti, il-Prim Ministru kkonferma li mexxa l-laqgħa tal-Kabinett li fiha ittieħdet deċiżjoni dwar il-Proklama ta’ Vince Muscat magħruf bħala “il-Koħħu”.

Robert Abela stqarr li hu mexa fuq il-kuxjenza tiegħu, u ma rrekużax ruħu.

Dan meta fil-passat Abela kien l-avukat ta’ wieħed mill-aħwa Degiorgio li flimkien ma’ Muscat huma akkużati bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia