Sport Sport Ieħor

47 tennista fi kwarantina f’Melbourne

47 tennista jinsabu fi kwarantina wara li numru ta’ persuni minn fuq żewġ ajrupalni differenti rriżultaw pożittiv għall-coronavirus, b’konsegwenza li l-persuni f’kuntatt magħhom huma obbligati li joqogħdu fi kwarantina.

Bħalissa għadd ta’ tennisti qed jivvjaġġaw lejn l-Awstralja hekk kif inqas minn xahar ieħor jibda l-Open tal-Awstralja, bit-tennisiti mistennija li josservaw il-perjodu ta’ kwarantina fil-lukandi rispettivi tagħhom.

Jidher li l-ajruplani affetwati kienu ġejjin minn Los Angeles u Abu Dhabi b’membri tal-ekwipaġġ tal-ajruplan ikunu fost il-persuni li rriżultaw pożittiv għall-coronavirus. L-Open tal-Awstralja mistenni jibda fit-8 ta’ Frar, bl-Awstralja tagħti permess lil 1,200 persuna biex jivvjaġġaw għal dan it-tournament.