Internazzjonali

Armin Laschet elett bħala s-suċċessur ta’ Angela Merkel

Elett is-suċċessur ta' Angela Merkel

Armin Laschet, ta’ 59 sena hu l-Kap il-ġdid tal-Partit CDU fil-Ġermanja, hekk kif matul tmiem il-ġimgħa saret l-elezzjoni biex jintagħżel is-suċċessur ta’ Angela Merkel.

Illum fl-età ta’ 66 sena, Merkel – li mexxiet lill-Ġermanja f’diversi perjodi ta’ kriżi, fosthom ir-riċessjoni ekonomika tal-2008 u l-pandemija tal-Covid-19 – diġà għamlitha ċara li mhix se tikkontesta l-elezzjoni li ġejja.

Matul il-kampanja għat-tmexxija tal-Partit, Laschet wiegħed kontinwazzjoni fuq il-passi ta’ Merkel bl-għand li dan ikompli jsir aktar liberali.

Hu rebaħ b’521 vot kontra l-466 li kiseb Fredrich Merz, ta’ 65 sena, li hu stess kien ikkontesta lil Angela Merkel.

Merz iddikjara li kieku kien elett hu, kien lest jimxi lura mill-azzjonijiet Liberali ta’ Merkel, bl-għan li jerġa’ jdaħħal fil-partit lill-konservattivi.