Futbol Sport

Chelsea jirritornaw għar-rebħ

(Ritratt: EPA)

Chelsea rritronaw wara li kienu ilhom ma jirbħu tliet partiti fil-kampjonat meta barra minn darhom għelbu lil Fulham 1-0. Fulham sfaw jilgħabu b’għaxar plejers ftit sekondi qabel tmiem l-ewwel taqsima meta tkeċċa Antonee Robinson wara daħla kerha fuq Cesar Azpilicueta. B’Chelsea jiddominaw il-bqija tal-konfront, il-gowl deċiżiv wasal 12-il minuta mit-tmiem meta wara żball tal-gowlkiper ta’ Fulham, kiem MASON MOUNT li approfitta u xeħet ġewwa biex ta tliet punti importanti lit-tim imexxi minn Frank Lampard li fil-preżent jinsab taħt pressjoni minħabba n-nuqqas ta’ konsistenza fir-riżultati.

West Bromwich Albion kisbu t-tieni rebħa tal-istaġun u l-ewwel waħda taħt it-tmexxija tal-kowċ Sam Allardyce, meta barra minn darhom għelbu lil Wolves 3-2. Wolves ilhom ma jirbħu tmien partita bl-aħħar rebħa tkun dik fuq Arsenal. West Brom ma setgħax kellhom bidu aħjar hekk kif fetħu l-vantaġġ wara biss tmien minuti meta ngħataw penalty wara lil Willy Boly waqqa’ lil Callum Robinson fil-kaxxa, biex minn ħdax-il metru MATTHEUS PEREIRA ma żbaljax. Wolve irreaġixxew tajjeb u dawwru r-riżultat favurihom. L-ewwel kien FABIO SILVA li għamilhom 1-1 fit-38 minuta, biex ftit minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima, WILLY BOLY għamilhom 2-1. West Brom ħarġu fuq l-offensiva fit-tieni taqsima u f’temp ta’ erba’ minuti dawwru l-partita favur tagħhom. Fit-52 minuta, SEMI AJAYI għamel l-iskor 2-2 b’daqqa ta’ ras tajba biex erba’ minuti wara West Brom ingħataw t-tieni penalty tal-partita meta Conor Coady waaqa lil Robinson fil-kaxxa biex, MATTHEUS PEREIRA minn penalty għamel l-iskor 3-2.

Brighton kisbu rebħa importanti wara għadd ta’ partiti meta għelbu lil Leeds United 1-0, b’din it-telfa tkun it-tielet waħda kosekuttiva għat-tim ta’ Marcelo Bielsa wara l-eliminazzjoni mill-FA Cup kontra Crawley Town u t-telfa 3-0 kontra Tottenham fit-2 ta’ Jannar. Il-gowl li ddeċieda l-konfront wasal fis-17-il minuta meta minn pass tajjeb ta’ Alexis Mac Allister, kien NEAL MAUPAY li mill-viċin ma falliex.

West Ham United ukoll kisbu rebħa minima meta fil-London Stadium għelbu lil Burnley 1-0. Għal West Ham, din kienet it-tielet rebħa konsekuttiva. Il-gowl deċiżiv wasal kmieni fil-partita meta il-cross devjat ta’ Fornals wasal għand MICHAIL ANTONION li b’konklużjoni b’saħħitha ma żbaljax.

PREMIER LEAGUE
Illum:
Wolves v WBA 2-3, Leeds v Brighton 0-1, West Ham v Burnley 1-0, Fulham v Chelsea 0-1, Leciester v Southampton 2-0 Għada: Aston Villa v Everton posp., Sheff Utd v Tottenham 3.00pm, Liverpool v Man Utd 5.30pm, Man City v C. Palace 8.15pm It-Tnejn: Arsenal v Newcastle 9.00pm