Lokali

Fillandiż bi ġrieħi gravi wara inċident bil-mutur

Ritratt mill-arkivji

Fillandiż ta’ 31 sena residenti l-Imrieħel ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku bil-mutur fi Triq Għar
Dalam, Birżebbuġa.

L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tal-9.45am.

Mill-ewwel stħarriġ li għamlet il-Pulizija rriżulta li seħħ impatt bejn il-mutur KTM misjuq mill-Fillandiż u karozza VolksWagen Golf
misjuqa minn raġel ta’ 22 sena residenti Ħal Għaxaq.

Tim mediku mar fil-post ta’ l-inċident sabiex jassisti lis-sewwieq tal-mutur li aktar tard kien iċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Ikkummenta