Futbol Sport

Hibernians isaħħu posthom fit-tieni post b’rebħa fuq Sliema

(Ritratt: James Galea)

Rowen Camilleri
HIBERNIANS……..1
SLIEMA W………….0


Hibernians: M. C. Cremona, F. Apap, L. Almeida, A. Attard, J. Grech, J.
Degabriele (W. Texeira 88’), B. Kristensen (S. Shodija 63’), D. Vella, G. Iziquier,
A. Agius, I. Iriberri
Sliema W: J. Galea, A. Satariano (R. Kakinuma 63’), K. Shaw, A. Milesi, J.
Mintoff (Gilmar 74’), J. Cisotti, D. Pereira (E. Agius 26’), R. Kisil (D. Vukovic
74’), G. Aquilina, J. P. Farrugia, M. Beerman
Imwissija: G. Aquilina 13’, K. Shaw 35’, A. Milesi 52’ (S) A. Agius 74’ (H)
Skorjaw: A. Agius 54’ (H)
Referee: Ishmael Barbara
Assistenti Referees: Roberto Vella u Alan Camilleri
Il-Mument Plejer tal-logħba: Jake Grech (Hibernians)
BOV Plejer tal-logħba: Andrei Agius (Hibernians)


Hibernians żammew il-pass mal-leaders Ħamrun Spartans meta fl-Istadium
tagħhom għelbu lil Sliema Wanderers bl-iskor ta’ 1-0 b’gowl fit-tieni taqsima ta’ Andrei Agius.
Wara biss erba’ minuti Hibernians marru ferm viċin meta Dunstan Vella tefa’ pass lejn Jurgen Degabriele iżda wara li qabeż lil Kurt Shaw il-konklużżjoni tal-Internazzjonali Malti ġiet milqugħa tajjeb ferm minn Jake Galea. Fit-12-il minuta Hibernians protestaw meta minn daqqa ta’ ras ta’ Leandro Almeida il-ballun deher li qabeż il-linja tal-gowl iżda l-uffiċjali tal-partita ħasbuha mod ieħor u ma’ kkonvalidawx il-gowl. Fis-27 minuta Kisil għal Sliema jipprova xutt minn barra li għadda ftit għoli. L-aħħar azzjoni tal-ewwel taqsima waslet fit-42 minuta meta l-attakkant ta’ Sliema Jean Paul Farrugia prova xutt b’saħħtu minn barra l-kaxxa iżda Calleja Cremona laqa’ tajjeb u mingħajr diffikultà.

Fit-tieni taqsima Hibernians harġu mill-ewwel fuq l-attakk u wara żewġ minuti Jake Grech iqassam lejn Bjorn Kristensen bix-xutt ta’ dental-aħħar jispiċċa f’idejn Galea. Fit-53 minuta jerġgħu jkunu Hibernians fen minn free-kick dirett ta’ Andrei Agius jerġa jkun Galea li laqa’ tajjeb. Minuta biss wara l-Pawlisti fetħu l-iskor. Kienet azz joni mibdija minn Grech li qassam lil ANDREI AGIUS b’dan tal-aħħar iħabbat ma’ Vella u jerġa jirċievi l-ballun biex minn quddiem Galea ma’ falliex.
Għal ħinijiet twal il-partita kienet nieqsa minn azzjonijiet perikolużi u fil-81
minuta Jurgen Degabriele prova xutt mill-ewwel wara kross ta’ Iriberri iżda l-ballun spiċċa barra. Fil-ħin miżjud is-sostitut Gilmar prova xutt minn barra l-kaxxa li l-goalkeeper Calleja Cremona kellu jdawwar f’korner b’diffikultà.