Atletika Coronavirus Sport

Ikkanċellata l-GIG Malta Marathon 2021

L-organizzaturi tal-GIG Malta Marathon ħabbru li l-edizzjoni ta’ din is-sena li kienet se ssir fit-28 ta’ Frar ġiet ikkanċellata minħabba ż-żieda fil-każijiet tal-coronavirus fl-aħħar jiem.

Kemm il-Kumitat Organizzattiv tal-Maratona kif ukoll l-isponsor ewlieni, GIG qablu li jikkanċellaw din il-maratona bid-deċiżjoni tittieħed sabiex tkun salvagwardjata is-saħħa ta’ kulħadd.

Aqra l-istqarrija fil-link: https://www.facebook.com/themaltamarathon/posts/4844039478971237