Lokali Qorti

Il-Kunsill Lokali tal-Gżira f’żewġ kawżi oħra biex parti minn ġnien pubbliku ma jispiċċax pompa tal-petrol

Il-Kunsill Lokali tal-Gżira ressaq żewġ kawżi separati fi sforz biex idawwar deċiżjoni tal-Awtoritá tal-Ippjanar biex parti mill-ġnien pubbliku fi Triq ix-Xatt tal-Gżira jispiċċa pompa tal-petrol.

Is-Sindku Conrad Borg Manché qal li l-kunsill qed jippreżenta dawn il-kawżi wara li sar jaf li l-persuna li rrifjuta l-appell kontra d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar kien impjegat mill-istess Awtorità.

Joseph Borg, li jmexxi t-Tribunal għar-Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar, kien ċaħad l-appell tal-kunsill kontra l-proġett f’Ġunju 2020, f’deċiżjoni li kienet ħalliet ‘diżappuntat’ immens ma’ Borg Manché u n-numru kbir tal-Gżirjani li huma kontra dan l-isfreġju.

Il-proġett hu li tinbena pompa tal-petrol li bħalissa tinsab viċin il-pont ta’ Manoel Island, ftit aktar l isfel fit-triq u tieħu parti minn Ġnien Il-Kunsill tal-Ewropa, bil-Awtorita tal-Ippjanar tapprova l-proġett u tippermetti li t-triq titwessa .

Ir-rilokazzjoni tal-istazzjon tal-fjuwil se twassal biex żewġ siġar tal-ballut u siġra taż-żebbuġ jinqalgħu, bil-kobor tal-istazzjon tal-petrol tiżdied minn 553 metru kwadru għal 660m metru kwadru.

Xhur wara d-deċiżjoni tal-permess mogħti kienet żvelat li l-President tal-Bord Joseph Borg kien impjegat tal-Awtorità tal-Ippjanar u kien jinsab fuq leave bla ħlas, minkejja li l-bord kien wieħed apparentement “indipendenti u imparzjali” inkarigat li jirrevedi d-deċiżjonijiet tal-Awtorità.

Il-predeċessur ta’ Borg bħala President tal-Environment and Planning Review Tribunal (EPRT) , Martin Saliba, kellu arranġament simili. Is-Sindku tal-Gżira Borg Manché u l-Kunsill qed ifittex proċess mill-ġdid tal-appell fuq il-bażi tal-kunflitt ta’ interess li kellu u għad għandu Borg.

Il-Kunsill kien ukoll beda proċeduri fil-Qorti biex jikkontesta l-legalità tad-deċiżjoni tal-EPRT, bis-Sindku kien qed “jitlob lill-Qrati biex jiddeċiedu dwar il-legalità ta’ tali proċeduri fejn tribunal li suppost huwa indipendenti u imparzjali huwa ppresedut minn impjegat ta ’ waħda mill-partijiet fl-appell.

Is-Sindku ilu jgħid li hija inġustizzja li l-pubbliku qed jispiċċa jerfa ‘l-piż tal-kummerċjalizzazzjoni u tittieħed din l-art, meta seta’ jinstab post aktar xieraq.

Sadanittant qed ikun mitlub biex ir-residenti tal-Gżira li jopponu l-pjanijiet tal-istazzjon tal-petrol jiffirmaw petizzjoni biex isemmu leħinhom u jagħtu sapport għall-pożizzjoni tal-kunsill li jinsab magħqud kontra dan l-isfreġju. Dettalji dwar il-petizzjoni huma disponibbli billi tintbgħat email lil gzira.lc@gov.mt jew billi jċempel fuq 2134103