Ġie inawgurat il-Proġett tal-Heritage Trail fil-Kalkara, proġett li jikkonsisti fi 15-il stand tal-istainless steel imwaħħla f’siti importanti f’din il-lokalità.
B’informazzjoni mnaqqxa fuqhom kemm bil-lingwa Maltija kif ukoll bl-Ingliż dawn l-istands huma akkumpanjati minn kodiċi QR li jwassal lill-utenti għal ritratti u informazzjoni online.
Fl-istess proġett ġiet iddisinjata u stampata wkoll mappa turistika tal-Kalkara mid-disinjatur Alfie Gatt, li hija disponibbli b’xejn fil-ħwienet tal-lokalità u kjosks ta’ informazzjoni għat-turisti li jinsabu madwar Malta u Għawdex.
Dan filwaqt li ġie mniedi wkoll sit elettroniku ġdid: www.visitkalkara.com, fejn minbarra li tista’ titniżżel l-istess mappa, wieħed jista’ jaċċessa informazzjoni dwar l-istorja tal-Kalkara u tagħrif ieħor biex jgħin lill-utent jinteraġixxi u jintegra fil-komunità u n-negozji lokali.
//= $special ?>