Internazzjonali

Ir-Russja tirtira mill-arranġament tal-‘Open Skies’

Ir-Russja rtirat mill-arranġament tal-‘Open Skies’ li ilu fis-seħ minn żmien il-Gwerra l-Bierda. Dan wara li aktar kmieni din il-ġimgħa, il-Ministeru Russu tal-Affarijiet Barranin iddikjara li l-pajjiż se jitlaq min dan l-arranġament għax skont hu, ma sarx progress kemm kien mixtieq.

Ir-Russja qed ittenni li dan in-nuqqas ta’ progress huwa tort tal-Istati Uniti u stati membri oħrajn li rrifjutaw l-emendi min-naħa tar-Russja minkejja diversi attentati biex it-trattat ikun immodernizzat.

Esperti qed jgħidu li dan l-arranġament jidher li dalwaqt se jisfaxxa fix-xejn wara li diversi stati membri qed jitilqu bil-mod il-mod, fosthom l-Istati Uniti u l-Iran, li ddikjaraw li dan it-trattat issa wasal fi tmiemu.