Lokali

Mara li qed tistenna tarbija tittieħed l-isptar bħala prekawzjoni

Ritratt: MRTU

Mara li qed tistenna tarbija kellha tittieħed l-isptar permezz ta’ ambulanza bħala prekawzjoni wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku.

Il-każ seħħ ftit wara l-17.30 tas-Sibt waranofsinhar fi Triq Sant’ Andrija, Swieqi wara li seħħet ħabta bejn żewġ karozzi u mutur.

Fil-post ġie msejjaħ tim mediku tal-ambulanzi flimkien ma uffiċjali tal-Pulizija.

Filwaqt li fortunatament ħadd ma ndarab gravement, it-triq ingħalqet għal xi ħin kawża tal-inċident.