Futbol Sport

Mesut Ozil viċin li jħalli lil Arsenal

Il-midfielder Ġermaniż Mesut Ozil jinsab viċin ferm li jħalli lil Arsenal sabiex jissieħeb ma’ Fenerbache fit-Turkija.

Ozil iffirma ma’ Arsenal fl-2013 mingħand Real Madrid u minkejja li l-ewwel snin bil-flokk ta’ Arsenal kienu ta’ suċċess, fl-aħħar staġuni taħt it-tmexxija ta’ Unai Emery u issa taħt it-tmexxija ta’ Mikel Arteta, il-midfielder ta’ 32 sena ftit li xejn sab spazju biex jilgħab. Il-kuntratt ta’ Ozil jintemm fl-aħħar tal-istaġun, iżda jidher li fl-aħħar sigħat kien hemm żblokk fid-diskussjonijiet u se jkun qiegħed jinħall mill-kuntratt biex jissieħeb lil Fenerbache.

Ma’ Arsenal, Ozil lagħab 184 partita fejn skorja 33 gowl u rebaħ ukoll l-FA Cup u l-Community Shield.