Futbol Sport

Penalty ta’ Orsolini biżejjed għal Bologna

(Ritratt: EPA)

Fi Stadio Renato Dell’Ara, Bologna kisbu rebħa minima ta’ 1-0 fuq Verona bil-gowl deċiżiv jasal fid-19 –il minuta meta Marco Silvestri ta’ Veron waqqa’ lil Roberto Soriano fil-kaxxa bir-referee jordna penalty. Minn ħdax-il metru, RICARDO ORSOLINI ma’ żbaljax, b’Bologna jagħrfu jżommu r-riżultat sat-tmiem.

F’partita oħra, Torino u Spezia temmew fi draw ta’ mingħajr gowls, bi Spezia jiksbu punt minkejja li lagħbu l-maġġoranza tal-partita bi plejer anqas wara li fit-tmien minuta, tkeċċa Luca Vignali għal daħla kerha fuq Nicola Murru.

Fil-partita tal-Ġimgħa filgħaxija, Lazio għelbu lil Roma 3-0 fid-Derby ta’ Ruma. Lazio ħarġu agressivi u wara 14-il minuta fetħu l-iskor permezz ta’ CIRO IMMOBILE li kkonkluda wara li rċieva mingħand Manuel Lazzari. L-istess Lazzari kien strumentali fit-tieni gowl fejn wara li daħal fil-kaxxa qassam lejn LUIS ALBERTO li kkonkluda bi preċiżjoni għal 2-0. L-istess ALBERTO għamilhom 3-0 u aċċerta mit-tliet punti għal Lazio fis-67 minuta b’konklużjoni simili għal dik tal-ewwel gowl tiegħu.

SERIE A

Ilbieraħ: Lazio v Roma 3-0 Illum: Bologna v Verona 1-0, Torino v Spezia 0-0
Sampdoria v Udinese 2-1 Għada: Napoli v Fiorentina 12.30pm, Crotone v Benevento 3.00pm, Sassuolo v Parma 3.00pm, Atalanta v Genoa 6.00pm, Inter v Juventus 8.45pm, It-Tnejn: Cagliari v Milan 8.45pm