Futbol Sport

Rebħa importanti għal Tarxien

(Ritratt: James Galea/MFA)

BALZAN…………………….0

TARXIEN R…………………..1

Balzan: S. Mintoff, A. Loof, M. Duric, P. Fenech (A. Effiong 59’), S. Pisani, S. Bezzina (G. Camilleri 82’), M. Johnson, U. Ljubomirac, S. Dimic (S. Cipriott 78’), W. Gomes, A. Andrejic (M. Sanoh 59’)

Tarxien R: J. Borg, C. Conceicao, B. Muscat, E. Bilbao Zarate, D. Zerafa, D. Falzon (L. Sciberras 89’), V. Plut, E. Rosado, I. Paz, K. Gatt (L. Ferreira 70’), R. Kooh Sohna

Referee: E. Mangion

Assistent Referees: J. Spiteri, D. Spencer

Il-plejer tal-logħba: R. Kooh Sohna (T)

Wara d-draw ta’ 2-2 kontra ċ-champions Floriana f’nofs il-ġimgħa li għaddiet, Tarxien Rainbows komplew jibnu fuq dak ir-riżultat fil-missjoni tagħhom biex isalvaw fil-Kampjonat BOV Premier meta għelbu lil Balzan 1-0. Balzan ukoll kienu għadhom ġejjin minn riżultat pożittiv hekk kif fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet għelbu lil Sirens bl-iskor ta’ 1-0. F’partita ddominata minn xita kontinwa, il-gowl li ddeċied l-partita wasal propju fil-ħin mogħti żejjed fi tmiem l-ewwel taqsima.

Vito Plut twaqqa’ fil-kaxxa minn Michael Johnson, bir-referee Etienne Mangion jordna penalty. Minn ħdax-il metru, RAPHAEL KOOH SONA ma żbaljax. Fit-tieni taqsima, Balzan ħarġu fuq l-offensiva biex iġibu d-draw u fit-63 minuta resqu viċin meta x-xutt ta’ Weverton Gomes stampa mal-wieqfa, bl-istess plejer jara t-tieni tentattiv tiegħu jkun salvat minn Jurgen Borg.

Balzan kien għal darb’oħra sfortunati meta fit-72 minuta, l-cross ta’ Ljubomirac sab lil Alfred Effiong li ra d-daqqa ta’ ras tiegħu tkun devajata għal mal-lasta. Għaxar minuti wara Balzan kienu għal darb’oħra viċin li jġibu d-draw meta x-xutt tas-sostitut Moussa Sanoh kien parzjalment salvat minn Borg, b’Effiong ikun l-ewwel fuq il-ballun jara t-tentattiv tiegħu jerġa jaħbat mal-lasta.