Sport Sport Ieħor

Wirja tajba minn Luxol kontra l-qawwa ta’ Dobovec

Luxol St. Andrews kienu eliminati mir-rawnd priċnipali tal-UEFA Futsal Champions League meta kienu megħluba mill-qawwa tat-tim mill-Islovenja Dobovec li jinsabu fid-disa’ post fir-ranking tal-futsal Ewropew 3-2.
Fir-rawnd preċidenti ċ-champion lokali eliminaw lil All-Stars tal-Awstrija 6-2.

Luxol kellhom prestazzjoni pożittiva ferm fejn għarfu jiddefendu l-avversarji b’mod tajjeb u joħolqu azzjonijiet perikolużi. It-tim imexxi minn Gabriel Dobre mar fil-vantaġġ wara biss żewġ minuti meta CELINO ALVES b’xutt b’saħħtu għamilhom 1-0. Dobovec wettqu reazzjoni b’saħħitha u kien ftit sekondi qabel l-ewwel taqsima li ġabu d-draw meta LUKE PERIC approfitta minn nuqqas ta’ attenzjoni fid-difiża ta’ Luxol. Minkejja dan, Luxol reġgħu marru fil-vantaġġ permezz ta’ EVERTON VEVE fejn wara li qabeż il-gowlkiper kkonkluda f’xibka vojta.

Fit-tieni taqsima, Dobovec ħarġu fuq l-offensiva u kien għal darb’oħra LUKA PERIC li għamel l-iskor indaqs. Bil-partita tidher destinata li sejra għall-ħin barrani, 57 sekonda mit-tmiem, TIHOMIR NOVAK għamel l-iskor 3-2 favur Dobovec u aċċerta minn kwalifikazzjoni għar-rawnd li jmiss għat-tim tiegħu.