Lokali

Żewġ Taljani jittieħdu l-isptar wara inċident fil-Fgura

Żewġ Taljani reisdenti Ħaż-Żabbar kellhom jittieħdu b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku fil-Fgura.

Il-każ seħħ f’Wesgħat il-Kunsill, qrib Vjal Kottoner ftit wara l-4 tas-Sibt waranofsinhar meta mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li s-sewwieq ta’ 63 sena tilef il-kontroll tal-mutur sabiex jevita karozza misjuqa minn żagħżugħ ta’ 27 sena minn Marsaskala.

Passiġġiera fuq il-mutur kien hemm ukoll mara ta’ 63 sena.

Fil-post ġie msejjaħ tim mediku tal-ambulanzi li ħa ż-żewġ vittmi l-isptar għal aktar kura.

Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhux magħrufa.