Lokali

Żewġ vetturi meqruda b’nirien f’Santa Lucija

Ftit qabel it-3.00am żewġ karozzi privati nħakkmu minn nirien li qerduhom tista’ tgħid għal kollox.

In-nirien ġew ikkontrollati ftit tal-ħin wara minn membri tal-Protezzjoni Ċivili li marru fil-post flimkien ma’ uffiċjali tal-Pulizija li wkoll kienu preżenti biex jinvestigaw il-każ.

L-inċident seħħ fi Trejqet il-Petunja, Santa Luċija.

Ħadd ma weġġa f’dan l-inċident, u bħalissa għadhom għaddejjin investigazzjonijiet biex ikun stabbilit jekk in-nar bediex minn xi difett f’waħda mill-vetturi jew kienx każ ta’ vendikazzjoni.