Sport Sport Ieħor

Badminton u Tenpin Bowling fi SPORT EXTRA nr.13

Il-programm numru 13 mis-serje SPORT EXTRA, it-tielet wieħed għas-sena 2021 ser ikompli bis-serje ta’ intervisti ma’ presidenti ġodda fi ħdan l-għaqdiet nazzjonali tal-isport. 

Fl-ewwel parti tal-programm Charles Camenzuli intervista lil Owen Grech President tal-Malta Badminton Association kif wkoll lil Matthew Abela plejer professjonali tal-badminton li rritorna Malta wara tlett snin fid-Danimarka .

Fit-tieni parti l-enfażi hija fuq it-tenpin bowling u dak li qed isir fi ħdan l-iskema ta’ taħriġ għal bowlers żgħażagħ. Dettalji mill-kowċ nazzjonali Rick Vogelesang u intervisti mal-plejers Celianne Micallef , Karlise Bartolo, Nicolai Mallia u Tomas Caruso .

SPORT EXTRA għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli b’muntaġġ tas-servizzi minn Samira Cachia Spiteri u filmati ta’ Joe Sultana.