Futbol Sport

Draw ġust f’partita bilanċjata

(Ritratt: Joe Borg/MFA)

Luke Micallef

SANTA LUCIA…………………. 1

ŻEJTUN CORINTHIANS…………………. 1

Sta Lucia: C. Farrugia, T. Tabone Desira (M. Camilleri 46’), A. Prates Rodrigues, K. Correia, A. Magri Overend, A. Da Silva Souza (A. Vella 90’), K. Ante Rosera, V. Filho, J. Zerafa, R. Tachikawa, K. Xuereb (A. Caseres 46’)

Żejtun: C. Cassar, L. Moreira, D. Reid Kemar, R. Do Nascimento, T. Bonfim, C. Grech, S. Barboza Da Silva, V. Viera, W. Catanio Douglas (G. Bugeja 77’), E. Herrera, N. Tabone

Imwissija: R. Tachikawa 33’ (S), V. Vieira 57’ (Ż), K. Ante Rosero 80’ (S), K. Correia 88’ (S), A. Caseres 90’ (S)

Tkeċċija: R. Tachikawa 80’, S. Barboza Da Silva 86’ (Ż)

Skorjaw: T. Bonfim 20’ (Ż), A. Da Silva Souza 58’ pen (S)

Referee: Stefan Pace

Assistenti Referees: Mitchell Scerri, Christopher Francalanza

BOV Plejer tal-logħba: Alan Da Silva Souza (Sta Lucia)

F’konfront bbilanċajat, iż-żewġ timijiet ħarġu b’punt kull wieħed biż-żewġ naħat joħolqu l-opportunitajiet tagħhom, li iżda riżultat li rrifletta l-andament tal-partita. Qabel din il-partita, it-tim Żejtuni kien ġej minn żewġ riżultati pożittivi, rebħa kontra Tarxien u draw kontra Floriana. Min-naħa l-oħra t-tim immexxi minn Oliver Spiteri ukoll kellu serje ta’ riżultati pożittivi b’rebħiet kontra Sirens, Senglea u Gudja u paritajiet kontra Balzan u Birkirkara.

Fl-ewwel azzjoni denja ta’ nota kien il-Ġappuniż ta’ Santa Lucia, Rei Tachikawa li ta korner, daħal bir-ras Kevin Correia bil-ballun jgħaddi ftit għoli. Mal-kwarta logħob xutt b’saħħtu mid-distanza ta’ Vitor Vieira għadda ftit għoli. Ħames minuti wara Żejtun marru minn fuq. Barboza għadda kross lejn THIAGO BONFIM li bir-ras tefa’ wara Christopher Farrugia. Fil-35 minuta xutt ta’ Robeiro Do Nascimento għadda barra.

Fit-tieni taqsima Santa Lucia ħarġu ftit aktar aggressivi. Fil-55 minuta it-tim immexxi minn Oliver Spiteri ngħata penalty. Inkariga minnu ALAN DA SILVA SOUZA li xxuttja fil-baxx fuq in-naħa x-xellugija, bil-gowler inxtħet fuq in-naħa l-oħra, bil-ballun jispiċċa fix-xibka. Għaxar minuti minn tmiem il-partita Tachikawa deher jagħti daqqa f’wiċċ Barboza li wasslet għat-tkeċċija tiegħu. Sitt minuti wara, fl-aħħar azzjoni tal-partita, Żejtun jispiċċaw jilgħabu b’għaxar plejers hekk kif tkeċċa Barboza b’ħamra diretta wara daħla kerha.