Lokali

Il-Kap tal-PN Bernard Grech fost il-Mostin

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech, akkumpanjat mill-mara AnneMarie dalgħodu żaru bosta ħwienet fil-lokalità tal-Mosta fejn kellhom l-oportunità jiltaqgħu ma’ diversi residenti u ħaddiema u nies fin-negozju.

Kienu diversi nies li waslu l-ħsibijiet tagħhom dwar dak li għaddejjin minnu fosthom minħabba l-pandemija li pajjiżna jinsab għaddej minna.

Spikkaw, fost l-oħrajn dawk il-persuni li avviċinaw lill-Kap tal-PN sabiex jaqsmu l-ideat tagħhom dwar dak li jixtiequ jaraw differenti fil-politika ta’ pajjiżna.

Aktar tard Bernard Grech għamel żjara fil-Librerija Pubblika tal-Mosta fejn ta donazzjoni ta’ kotba lill-istess Librerija. Hemmhekk huwa ntlaqa’ mill-Minority Leader tal-lokalità tal-Mosta Keith Cassar flimkien ma’ membri oħra tal-istess Kunsill.

Wara, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista flimkien mal-mara AnneMaria Grech żar il-Mobile Blood Donation Unit li matul il-ġurnata tal-Ħadd kien preżenti ħdejn il-Knisja tal-Mosta.