Coronavirus Lokali Saħħa

Il-każi attivi ta’ COVID-19 f’Malta jitilgħu għal 2,753

Fl-aħħar 24 siegħa pajjiżna rreġistra 141 każ ġdid ta’ COVID-19 filwaqt li fiequ mill-virus 136 persuna. Dan filwaqt li l-Awtoritajiet tas-Saħħa ħabbru fatalità oħra b’kawża tal-virus biex it-total ta’ imwiet issa tela’ għal 239.

Dawn l-aħħar numri jwasslu għal rekord ta’ każi attivi f’Malta u f’Għawdex hekk kif preżentament hawn 2,753 każ attiv.

Fl-aħħar 17-il jum pajjiżna ra total ta’ 2,778 każ tal-Coronavirus filwaqt li mill-bidu tas-sena l-ġdida l’hawn, tilfu ħajjithom total ta’ 20 persuna.

Mill-bidu tal-pandemija f’Marzu 2020 b’kollox kienu rreġistrati 15,588 filwaqt li fiequ total ta’ 12,596.