Lokali

“Il-politika tal-PN hija politika li tagħti l-frott”

“Il-Partit Nazzjonalista kapaċi jbiddel lil dan il pajjiż… it-triq taf tkun twila imma flimkien lesti li naħdmu għalina, għal uliedna u għal pajjizna.”

Kien dan is-sentiment komuni taż-żewġ kelliema li indirizzaw l-attività politika tal-Ħadd filgħodu fil-Mosta.  

Id-Deputat Nazzjonalista Kristy Debono qalet li din hija sena krucjali hekk kif insabu għaddejjin mill pandemija tal-COVID, fejn huwa l-obbligu tal-Gvern li jħabbar l-istrateġija tiegħu għal wara li tgħaddi din il-pandemija. Fejn diversi negozji u imprendituri jinsabu mġassba ferm hekk kif għadhom ma ġewx offruti strateġija konkreta.

Saħqet fuq l-importanza li pajjiżna jkollu direzzjoni u strateġija li tinvolvi lil kulħadd, fejn fost l-oħrajn trid terġa’ tissaħħaħ ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna sabiex pajjiżna jerġa’ jkollu ekonomija b’saħħitha u sostenibbli.

Kristy Debono qalet li l-Oppożizzjoni se tkun katalista mas-settur privat sabiex tkun attwata viżjoni għal pajjiżna, fejn l-opputinutajiet ikunu mdawra f‘suċċessi għall-Matin u l-Għawdxin kollha.

Min-naħa tiegħu l-Kandidat Għawdxi Alex Borg qal li li għalih l-politika hija għodda li biha ttejjeb il-kwalita tal-ħajja ta’ ħaddieħor u biex il-pajjiż jimxi ‘l quddiem.

Saħaq li jrid li l-aqwa talent jigi mgħoti l-opportunità u jkollu l-għodod kollha biex jimxi u jikber.

Alex Borg sostna li huwa importanti li flimkien kulħadd jimxu pass pas ‘il qudiem f’kull settur għall-ġid ta’ kulħadd. Il-poplu Malti għandu d-dritt jgħix f’pajjiz fejn kuladd iħossu liberu li jerspimi ruħu mingħajr biżgħa ta’ theddid u preġudizzju. Fid-dawl ta’ dan kollu huwa qal li se jkompli jaħdem biex il-Partit Nazzjonalista joffri tama għal dan il-pajjiż.