Lokali

Inċident tat-traffiku fil-Fgura

Ilbieraħ għal ħabta tal-4:30hrspm, Taljan ta’ 63 sena residenti Ħaż-Żabbar u Taljana ta’ 63 sena wkoll residenti Ħaż-Żabbar, ittieħdu l-Isptar Mater Dei wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku bil-mutur fi Triq Vjal il-Kottonera, Fgura.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħ impatt bejn il-mutur Peugeot u karozza Suzuki misjuqa minn raġel ta’ 27 sena residenti Marsaskala.

Tim mediku mar fuq il-post ta’ l-inċident sabiex jassisti t-Taljani fejn aktar tard ir-raġel kien iċċertifikat li sofra ġrieħi ta’ natura ħafifa filwaqt li l-mara ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.