Lokali

L-Għawdxin fost l-iktar imdejqin bit-traffiku

L-Għawdxin huma fost l-iktar persuni mdejqin bis-sitwazzjoni tat-traffiku f’pajjiżna. Fil-fatt, huma biss ftit iktar minn nofs li qalu li la huma mdejqin, iżda lanqas kuntenti.

Stħarriġ li sar mill-gazzetta illum juri biċ-ċar li 52.1% jaħsbu li t-traffiku la hu wieħed ħażin iżda wisq inqas tajjeb filwaqt li 36.3% iħossu li m’hemmx kontroll tat-traffiku. Kienu biss 11.5% mill-Għawdxin li jaħsbu li t-traffiku huwa kkontrollat.

L-istħarriġ jiffoka fuq kull żona madwar Malta u Għawdex, jiġifieri t-Tramuntana, it-Tramuntana tal-Port, ix-Xlokk, Nofsinhar tal-Port u l-Punent ta’ Malta, u Għawdex, b’kull żona taqbel li t-traffiku la huwa pożittiv u lanqas negattiv bl-inqas persentaġġ f’din il-kateogrija jkun ta’ 52% filwaqt li l-għola ta’ 75.9%.

U fuq bażi tal-popolazzjoni Maltija u Għawdxija kollha, 64.6% ta’ dawk li pparteċipaw f’dan l-istħarriġ urew sentiment ta’ la huma negattivi iżda lanqas pożittivi dwar it-traffiku f’Malta filwaqt li 14% iħossu li t-traffiku qed jikkawża sitwazzjoni negattiva.

L-istħarriġ wera wkoll li dawk li joqogħdu viċin il-proġetti li għaddejjin bħalissa fil-Marsa, Ħ’Attard u r-Rabat, huma l-aktar pożittivi dwar is-sitwazzjoni tat-traffiku f’pajjiżna.