Lokali Qorti

Sentenza sospiża wara li weġġa’ lil persuna li toqgħod ħdejh

Franċiż ta’ 45 sena ngħata sentenza sospiża wara li kien akkużat li weġġa’ gravi lill-ġar tiegħu li jgħix fl-istess blokka ta’ appartamenti f’San Ġiljan.

Il-każ seħħ ilbieraħ filgħodu, meta kien hemm konfront bejn dawn iż-żewġ persuni minħabba storbju li kkawżaw Jerome Pierre Bichat u sħabu li kienu fl-appartament. Kien f’dan il-ħin li hawn li l-Franċiż allegatament weġġa’ lill-vittma f’wiċċu.

Bichat kien ikkundannat sena ħabs sospiża għal tliet snin fuq diversi kundizzjonijiet, fosthom li ma jkollu ebda kuntatt mal-vittma.

Huwa tressaq quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Astrid May Grima.