Futbol Sport

Athletic Bilbao jirbħu s-Super Cup Spanjola

(Ritratt: EPA)

F’ Estadio de La Cartuja f’Sevilla, Athletic Bilbao rebħu s-Super Cup Spanjola meta fil-ħin barrani meta għelbu lil Barcelona 3-2. Kienu Barcelona li marru fil-vantaġġ fl-40 minuta permezz ta’ GRIEZMANN, imma żewġ minuti wara de Marcos kiseb il-gowl tad-draw għal Atletico Bilbao bl-ewwel taqsima tintemm 1-1. Fit-tieni taqsima fis-57 minuta Atletico kellhom gowl mhux konvalidat permezz tal-VAR .

Fis-77 minuta kien mill-ġdid ANTOINE GRIEZMANN li poġġa lil Barcelona fil-vantaġġ, vantaġġ li dam biss sad-90 minuta fil-mument meta VILLALIBRE kiseb il-gowl tad-draw għal Atletico Bilbao li fit-tielet minuta tal-ħin barrani skurjaw il-gowl tar-rebħa permezz ta’ INAKI WILLIAMS bl-aħħar azzjoni denja kienet it-tkeċċija diretta b’karta ħamra ta’ Lionel Messi minuti minn tmiem il-partita.