Fl-aħħar 24 ġew irreġistrati 154 każ ġdid ta’ Covid-19 f’pajjiżna.
Dan hekk kif mill-bidu tas-sena ġew irreġistrati 2,968 każ ġdid tal-pandemija.
Dan kollu tħabbar fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Ministeru għas-Saħħa, sabiex b’hekk il-każi totali minn Marzu ‘l hawn żiedu għal 15,742.
Dan filwaqt li 121 persuna fiequ mill-virus bl-ammont totali ta’ persuni mfejqa jiżdied għal 12, 717.
Ġie mħabbar ukoll li fl-aħħar 24 siegħa tilfu ħajjithom kawża tal-Covid-19 żewġt irġiel ta’ 73 u 84 sena rispettivament – fl-Isptar Mater Dei. Dan ifisser li l-vittmi issa żdiedu għal 241, bi 22 fatalità fl-aħħar 3 ġimgħat.
Ta’ min jiġi nnotat li l-Ministeru għas-Saħħa ma ħareġ ebda informazzjoni pubblika dwar it-3 fatalitajiet imħabbra tul tmiem il-ġimgħa.
Dan kollu jfisser li l-persuni attivi bil-virus jammontaw għal rekord lokali ta’ 2, 784.
Mill-141 każ imħabbar tul il-jum tal-Ħadd għall-ewwel darba ma’ ħareġ ebda dettall minn fejn jew mingħand min dawn il-persuni ttestjaw pożittiv u wisq inqas kemm minnhom kienu sporadiċi.
Dan filwaqt li l-pubbliku ġie infurmat li s’issa tqassmu 11, 705 tilqim f’pajjiżna – mhux ċar kemm minnhom huma vaċċini tat-tieni doża.
//= $special ?>