Futbol Sport

Draw bejn Liverpool u Man Utd…f’partita li naqset milli tilħaqq l-aspetattiva

(Ritratt: EPA)

Liverpool u Manchester United naqsu milli jilħqu l-aspetattiva tal-konfront li tant kien mistenni hekk kif temmew fi draw ta’ mingħajr gowls. L-aħajr ċansijiet tal-partita waslu għal Manchester United minkejja li Liverpool iddominaw il-partita b’pusses kontinwu tal-ballun iżda naqsu milli jkunu perikolużi lejn il-lasti ta’ David De Gea.

Manchester City approfittaw mid-draw ta’ bejn Liverpool u Manchester United hekk kif għelbu lil Crystal Palace 4-0 u telgħu fit-tieni post tal-Premier League. Il-gowls ta’ City waslu minn dopjetta ta’ JOHN STONES fit-28 u fit-68 minuta, IKAY GUNDOGAN fis-56 minuta u RAHEEM STERLING żewġ minuti mit-tmiem.

Tottenham għelbu lit-tim tal-qiegħ Sheffield United 3-1. SERGE AURIER fetaħ l-iskor wara ħames minuti, b’HARRY KANE jirdoppja fl-40 minuta. DAVID MCGOLDRICK naqqas l-iskor fid-59 minuta b’TANGU NDOMBELE jaċċerta mit-tliet punti għal Tottenham fit-62 minuta.

PREMIER LEAGUE
Ilbieraħ:
 Wolves v WBA 2-3, Leeds v Brighton 0-1, West Ham v Burnley 1-0, Fulham v Chelsea 0-1, Leciester v Southampton 2-0 Illum: Aston Villa v Everton posp., Sheff Utd v Tottenham 1-3, Liverpool v Man Utd 0-0, Man City v C. Palace 4-0 Għada: Arsenal v Newcastle 9.00pm