Futbol Sport

Ikompli l-mument pożittiv ta’ Arsenal

(Ritratt: EPA)

Arsenal komplew fuq ir-riżultati tal-aħħar erba’ partiti hekk kif għelbu lil Newcastle United 3-0. Wara li ħolqu bosta opportunitajiet ta’ skor fl-ewwel taqsima, kien PEIRRE EMERICK-AUBAMEYANG li fetaħ l-iskor fid-49 minuta b’konklużjoni tajba wara li rċieva mingħand Thomas Partey. It-tim immexxi minn Mikel Arteta irodppja mas-siegħa logħob meta wara xogħol tajjeb ta’ Emile Smith-Rowe fuq ix-xellug, kien BUKAYO SAKA li b’konklużjoni fil-baxx għeleb lil Darlow għat-tieni darba. Arsenal għamluhom 3-0 fis-77 minuta meta għal darb’oħra kien AUBAMEYANG li kkonkluda mill-viċin fuq cross ta’ Cedric.